77, "Marija",
Triq tal-Furnar,
Swieqi, SWQ 7421
L-10 ta' Jannar, 2012
Skola Santa Dorotea,
Triq L-Imdina,
Ħaż-Żebbuġ, ŻBĠ 4567
Għażiża Sinjura Cuschieri,
Peress li jiena studenta u nisma' l-istudenti jilmentaw u naħseb bħall-istudenti l-oħra, nixtieq nagħti ftit suġġerimenti biex nagħmlu differenza fl-iskola tagħna ħalli l-istudenti ta' Santa Dorotea ma jaħsbux li l-iskola huwa post għall-edukazzjoni biss imma biex fih jieħdu gost jiġu jitgħallmu jew jiddevertu u biex ma jaħsbux fin-negattiv biss.
Dan l-ewwel suġġeriment li kulħadd ilu jitkellem dwaru huwa biex il-ħin tar-rikreazzjoni jitwal għal xi għaxar minuti iżjed għaliex aħna nixtiequ li nistgħu nieklu bil-kalma jew li naqraw xi kotba mingħajr għaġla. It-tieni suġġerimenti huwa biex ikollna għażla ikbar t'ikel ġol-kantin għax m'hemm xejn ħlief pizza u xi bars taċ-ċereali.
L-aħħar suġġeriment huwa biex ikun hemm iktar post fejn noħorġu waqt il-ħin tar-rikreazzjoni. Aħna għandna bitħa u librerija però niddejqu ġol-istess post kuljum. Fi skejjel oħra hemm postijiet oħra fejn tilgħab futbol u basketball u aħna m'għandniex post kbir biżżejjed biex nagħmlu dawn l-affarijiet. Jekk jogħġbok aħseb ftit fuq dawn is-suġġerimenti li tajtek.
Tiegħek,
(firma)
Thea Sklyarov.
Thea Sklyarov (Form 2.1)
----------------------------------------------------------------------------------------------
1, "Il-Kenn",
Triq il-Waqqafa,
Mosta, MST 4480
L-10 ta' Jannar, 2012
Sor Doreen Cuschieri,
Kap tal-iskola ta' Santa Dorotea,
Ħaż-Żebbuġ, ŻBĠ 1234
Għażiża kap tal-iskola,
Nixtieq nibda billi ngħidlek prosit u napprezza ħafna l-fatt li inti tiddedika ħafna mill-ħin tiegħek għalina. Jiena nħoss li jien iffortunata ħafna li dħalt f'din l-iskola. Għandna skola moderna, bi klassijiet kbar u mdawlin. Il-laboratorji huma spazjużi u attrezzati tajjeb għal kull suġġett li għandna bżonn. Għal qalbi ħafna hija l-kappella li għandna fuq għax hemm insib il-paċi u nitkellem ma' Ġesu' fis-skiet.
Uħud mill-għalliema għandhom metodi tajbin ta' tagħlim u l-attitudni tagħhom lejna hija waħda pożittiva għalkemm xi ftit minnhom ma tantx nifhimhom. Kull meta jkollna xi attività jew xi ħarġa kulturali, jiena nkun ħerqana u nixtieq li kieku jkollna aktar attivitajiet fil-kalendarju tal-iskola.
Min-naħa l-oħra, hemm xi affarijiet li jiddiżappuntawni bħall-bankijiet żgħar fil-klassi li jagħmluha diffiċli għalina l-istudenti biex inkunu nistgħu nagħmlu x-xogħol tagħna aktar bil-kumdità. Il-lockers ukoll jistgħu jkunu xi ftit akbar għalkemm hija ħaġa tajba li hemm lockers f'kull klassi. Suġġeriment ieħor tal-aħħar li nixtieq ngħaddilek huwa li forsi mill-inqas darba fis-sena tiġi organizzata btala barra minn pajjiżna għall-għalliema u għalina l-istudenti flimkien.
Tiegħek,
(firma)
Michaela Cremona.
Michaela Cremona (Form 2.2)
----------------------------------------------------------------------------------------------
96, Triq l-Iskal,
Marsa, MRS 1234
It-2 t'April, 2012
Sinjura Abela,
92, Triq il-Ward,
Ħaż-Żebbuġ, ŻBĠ 4621
Għażiża Sinjura Abela,
Jiena Francesca Cachia, qed niktiblek din l-ittra f'isem l-istudenti kollha tal-iskola St. Dorothy biex nirringrazzjawk tax-xogħol kollu li tagħmel magħna l-istudenti. Aħna napprezzaw ħafna u ta' dan nixtiequ ngħidulek grazzi.
Bħala kap ta' skola, tgħinna ħafna, kemm fil-problemi tal-iskola, kif ukoll fil-problemi familjari. Grazzi ħafna talli bnejtilna pixxina, gym u grawnd sabiħ fejn inkunu nistgħu nilagħbu lkoll flimkien. Aħna nafu li int tagħmel dak kollu li tista' biex aħna jkollna skola mill-aqwa.
Aħna lkoll nafu kemm int tammira l-kantant famuż Elvis Presley u naf wkoll li int jogħġbuk ħafna l-kollezzjonijiet. Aħna għalhekk bl-għajnuna tal-għalliema ta' din l-iskola ddeċidejna li noħduk tara kollezzjoni u bijografija ta' dan il-kantant jew kif tgħidlu int, 'il-King'. Nispera li jogħġbuk, għalkemm hija xi ħaġa żgħira li ġejja mill-qalb.
Jien ħa nagħlaq din l-ittra billi nerġa' għal darba oħra ngħidlek grazzi ta' kollox. Nixtiequlek is-sena t-tajba mimlija paċi u sliem.
Tiegħek,
(firma)
Francesca Cachia.
Francesca Cachia (Form 2.3)
Prosett Queen :pp x !
ReplyDeletethx reb :) xxx
DeleteProsit Michela......
DeleteVera ghogbitni l-idea li l-iskola torganizza btala ghalina l-istudenti u kif ukoll ghat-teachers.
Prosit tassew lil Thea, Michela u Francesca. Prosit lil Ms Deandra talli poggiet dawn l-ittri fuq il-blog.
ReplyDeleteProsit lil-Kyrraa ! Nice Tally Wejl tA Kii!
ReplyDeleteProsit lil Thea u prosit lil kulhaddd lolllyyy
mhux għal xi ħaġa imma andek il-format tal-ittra ħazin....
ReplyDelete