Sunday, March 27, 2011

Merħba!

Nilqgħukom fil-blogg bl-isem Karta u Pinna. Dan il-blogg ser jgħinek tirrealizza kemm hu sabiħ li tesprimi ruħek permezz tal-kitba u li taqsam dan ma’ sħabek jew persuni oħra li jkunu interessati li jaqraw ix-xogħol kreattiv tiegħek! Kif jafu ħafna mill-istudenti tiegħi, il-kitba mhix xi ħaġa li ssir sempliċiment f’forma ta’ komponiment jew bħala xogħol għad-dar, iżda l-kitba tista’ ssir ukoll fil-ħin liberu dwar topiks differenti li huma ta’ interess għalik. F’dan il-blogg kull wieħed u waħda minnkom ser ikollha ċ-ċans li taqsam ma’ sħabha dak li tkun kitbet. Biss, biex ikollok xogħlok ippubblikat f’dan il-blogg, il-kitba trid tkun ġejja mill-qalb! Għal dawk li forsi m’intomx studenti tal-Malti fl-iskola St. Dorothy’s nilqagħkom biex tieħdu gost taqraw ix-xogħlijiet tal-istudenti tagħna. Jekk tkunu tixtiequ tgħaddu xi suġġerimenti ibagħtu fuq dan l-indirizz: karta.u.pinna@gmail.com
Ms Deandra

16 comments:

  1. MS.DEANDRA,JIENA SARA MARSTON U NIXTIEQ NGHIDLEK LI DAN HUWA BLOGG ECELLENTI HAFNA!

    ReplyDelete
  2. Grazzi Sara!

    Nispera li naraw il-kitba tiegħek dalwaqt fuq dan il-blogg ukoll!

    ReplyDelete
  3. MS DEANDRA, JIENA MARIANA DEBONO U NIXTIEQ NGHIDLEK LI DAN IL BLOGG HU VERA INTERESSANTI U NAHSEB LI HAFNA TFAL HA JITGHALLMU MINNHU ,GHAMILT SEW LI POGGEJTU!

    ReplyDelete
  4. Grazzi Mariana :) Dan il-blogg jista’ jkun suċċess biss bis-saħħa tagħkom!J'Alla titgħallmu minnu u tibdew tapprezzaw il-kitba ferm aktar!

    ReplyDelete
  5. MISS DIGA' LESTEJT KOMPONIMENT BIEX NIBGHATULEK:)

    ReplyDelete
  6. Qed nieħu gost bl-entużjażmu tiegħek Sara! Issa naqraha, nikkoreġiha u llum stess tkun fuq il-blogg ukoll.

    ReplyDelete
  7. MISS DEANDRA DIN IL BLOGG INTERESANTI IMMENS U MILL KITBA TAT TFAL NISGHU NIHDU XI IDEAT MUXX HEKK

    ReplyDelete
  8. Grazzi Nicola!

    Hekk hu! Aqrawhom ħalli tieħdu ħafna ideat :)

    ReplyDelete
  9. MS DEANDRA, JIENA FRANCESCA ZAMMIT.
    NIXTIEQ NGHIDLEK PROSIT U GRAZZI GHAL DAN IL-BLOGG, HUWA NTERESSANTI HAFNA. NISTGHU NITGHALLMU U NIEHDU AKTAR IDEAT

    ReplyDelete
  10. Prosit Ms. Deandra!!! Dan il- blogg huwa interessanti hafna.Grazzi talli ghazilt il- komponiment tieghi

    ReplyDelete
  11. Grazzi Francesca u Katrina!

    Dan il-blogg huwa interessanti bis-saħħa tagħkom! Mingħajr il-kitbiet tagħkom żgur li ma jkunx interessanti daqshekk!

    ReplyDelete
  12. MISS JIENA SARA MARSTON U NIXTIEQ NGHIDLEK GRAZZI TA' DAN IL-BLOGG GHAX VERA HUWA INTERESSANTI U TGHIDX KEMM QED NIEHU GOST!:):):):):):):):):):):):):)PROSIT MISS TALLI POGGEJT DAN IL-BLOGG!

    ReplyDelete
  13. Miss Deandra jiena Abigail Cutajar nixtieq min qalbi nadlek prosit ta' dan il-blogg ghax minn xulxien kollha nistu nitalmu

    ReplyDelete
  14. Grazzi Abigail talli dħalt f’dan il-blogg. Ħajru lil sħabkom jew spjegawlhom kif għandhom jidħlu jekk forsi sabuha diffiċli biex isiru 'followers', biex huma wkoll ikunu jistgħu jaraw il-kitbiet tagħkom!

    ReplyDelete
  15. Miss Deandra jiena Justine Xuereb. Prosit ta' dan il-blogg! Tassew interessanti u sabih! U grazzi wkoll talli poggejt id-djalogu tieghi go fih. :D

    ReplyDelete
  16. This comment has been removed by the author.

    ReplyDelete