Dun Karm Psaila twieled fit-18 t'Ottubru,1871 u miet fit-13 t'Ottubru, 1961. Huwa magħruf sempliċiment bħala l-Poeta Nazzjonali ta' Malta. Ix-xahar ta' Ottubru, din is-sena jaħbat il-50 anniversarju mill-mewt tal-Poeta Nazzjonali. Fost ħafna kitbiet eċċellenti, Dun Karm kiteb ukoll l-Innu Malti, fl-1945.
Il-kitba kreattiva hija kwalunkwe kitba li tesprimi ħsibijiet, sentimenti u emozzjonijiet, aktar milli sempliċiment wieħed iwassal xi tip ta' informazzjoni. Tajjeb li wieħed jiftakar li l-kitba kreattiva hija proċess li jinvolvi numru ta' stadji differenti, sabiex wieħed jasal għax-xogħol finali. "Il-kitba nxebbaha mal-maġija... l-għaliex biha tkun qed toħloq xi ħaġa mix-xejn,” Susanne Clarke.
Saturday, October 1, 2011
Monday, September 26, 2011
Sena Ġdida!
Għeżiez studenti,
Nixtieq nilqa' lil kull waħda minnkom mill-ġdid fil-blogg Karta u Pinna. Erġajna sibna ruħna f'sena skolastika ġdida, sena mimlija tagħlim u sena mimlija esperjenzi ġodda. Nilqa' lill-istudenti tal-ewwel sena li għalihom il-blogg tal-Malti żgur huwa xi ħaġa ġdida! Nixtieq ninfurmakom li sħabkom tat-tieni sena diġà għamlu użu minn dan il-blogg u għoġobhom jaqsmu l-kitbiet tagħhom mal-oħrajn. Nispera li intom tagħmlu l-istess :)) ! Filfatt biex inħajjarkom ftit, nixtieqkom taqraw xi wħud mill-kitbiet li kitbu l-istudenti li s-sena l-oħra kienu fl-ewwel sena, bħalkom, biex b'hekk tieħdu idea tal-kitbiet li tistgħu toħolqu intom. Il-kitbiet m'hemmx għalfejn ikunu komponimenti li nagħtikom bħala xogħol għad-dar, iżda kull min irid jista' jibgħatli l-kitba kreattiva tiegħu fuq l-indirizz elettroniku: karta.u.pinna@gmail.com ! Lill-istudenti tat-tieni sena nixtieqilhom ukoll sena mill-isbaħ u nħeġġiġhom biex juru interess bħal ma wrew is-sena ta' qabel u sabiex ikomplu jaqsmu ma' ħaddieħor il-kitbiet tagħhom!
Ms Deandra
Friday, June 3, 2011
Kraxx
Malli l-Miss tfaċċat fil-klassi,
Qalet, “Ajma ħej, xi ġrali!
Tlift ix-xogħol ta’ sena sħiħa...
Il-kompjuter ikkraxxjali!"
“Kelli n-noti ta’ kull lezzjoni,Kelli l-howmwerks ippjanati,
Kelli l-marki tagħkom kollha,
U anki x'copies għandi nagħti!"
“F’tebqa t’għajn sparixxa kollox,
Dehret stampa sewda biss,
Ġie t-technician, xengel rasu,
Qalli, ‘Ħeqq... m’hemmx x’tagħmel, Miss!’”
Dehret stampa sewda biss,
Ġie t-technician, xengel rasu,
Qalli, ‘Ħeqq... m’hemmx x’tagħmel, Miss!’”
Martin Vella għolla sebgħu,
Qalilha, “Miss, din naf kif ġrat;
Żgur dabbart daqsxejn ta’ virus,
Kif kien ġralu s-Sur Muscat!”
“Skużi Miss, imma dan tort tiegħek,”
Qabżet tgħid Charmaine Mugliette,
“Int suppost li malli tlesti,
Tagħmel back up fuq diskett!”
Qabżet tgħid Charmaine Mugliette,
“Int suppost li malli tlesti,
Tagħmel back up fuq diskett!”
“Il-papà dejjem jgħidlina,”
Qabel magħha John Brincat,
“Min qatt ma jissejvja xogħlu
Ikun veru traskurat!”
Qabel magħha John Brincat,
“Min qatt ma jissejvja xogħlu
Ikun veru traskurat!”
“Issa isktu,” l-Miss qaltilna,
Isa... oħorġu ktieb... bil-kwiet;
Irrid nara ’l kulħadd jaqra;
Għandi bżonn nofs ta’ nhar skiet!”
Isa... oħorġu ktieb... bil-kwiet;
Irrid nara ’l kulħadd jaqra;
Għandi bżonn nofs ta’ nhar skiet!”
U jien fraħt, għax din il-biċċa
Qatt kont għadni ma rajt bħalha!
Kemm inħobbha lill-Miss tagħna!
Il-kompjuter ikkraxxjalha!
Qatt kont għadni ma rajt bħalha!
Kemm inħobbha lill-Miss tagħna!
Il-kompjuter ikkraxxjalha!
Thursday, June 2, 2011
Monday, May 30, 2011
Ħ’Attard
F’Malta nsibu ħafna postijiet sbieħ, storiċi u anke rurali. Insibu wkoll ġonna u widien filwaqt li nsibu wkoll postijiet li jipprovdu divertiment. Jiena jogħġbuni l-irħula kwieti imma fl-istess ħin fejn il-poplu tar-raħal jkollu fejn jiltaqa’ u jissoċjalizza. Wieħed minn dawn l-irħula huwa Ħ’Attard fejn għandi l-pjaċir ngħid li noqgħod jiena mal-familja tiegħi.
Ħ’Attard jinsab fiċ-ċentru ta’ Malta. Hawnhekk insibu diversi ġonna żgħar u mxerdin imma imbagħad insibu wieħed kbir u magħruf ħafna li huwa San Anton. Ħ’Attard huwa magħruf ukoll għas-siġar taċ-ċitru. Għalhekk il-motto ta’ Ħ’Attard huwa “Iffjurit bil-ward imfewwaħ”. Il-palazz ta’ San Anton kien mibni mill-Granmastru Antoine De Paule fi żmien il-kavallieri. Huwa ġnien mimli fjuri kkuluriti u siġar kbar. Filfatt ħafna turisti jżuru dan il-ġnien. Fi żmien il-kavallieri l-Granmastru kien joqgħod fih imma issa l-President ta’ Malta intitolat li joqgħod hemm.F’Ħ’Attard jinsabu erba’ widien li jagħtu għall-irħula tal-madwar; ‘Wied San Martin’, ‘Wied Inċita’, ‘Wied Irmiedi’, u ‘Wied is-Sewda’. Ħ’Attard huwa raħal antik ħafna u jmur lura għal żmien il-preistorja. Dan nafuh minn xi fdalijiet li nstabu ġewwa Ħ’Attard. Dan ir-raħal sar paroċċa fl-1575 u kellu l-ewwel kappillan fl-1579. F’dak iż-żmien Ħ’Attard kellu popolazzjoni ta’ ‘l fuq minn sitt mitt persuna. Ħ’Attard tant kiber li llum għandu popolazzjoni ta’ iktar minn għaxart elef. Għalkemm fil-qalba tar-raħal hemm ħafna djar żgħar insibu diversi vilel u djar kbar mal-madwar.
Il-paroċċa ta’ Ħ’Attard li hi ddedikata lil Marija Assunta toffri għaqdiet tat-tfal, preadoloxxenti u żgħażagħ. Hemm ukoll żewġ korijiet tal-paroċċa, wieħed tat-tfal u l-ieħor tal-adulti. Diversi residenti jiffurmaw parti minn dawn l-għaqdiet u jsibuh ta’ mezz fejn filwaqt li jagħtu servizz jiġu ffurmati spiritwalment u jissoċjalizzaw mal-oħrajn. Ħ’Attard dejjem kien, għadu u jibqa’ r-raħal favorit tiegħi.
Ilona Vella (Form 2.3)
Wednesday, May 4, 2011
Poeżiji – Wirt Storiku Malti – Ir-Rebbieħa
Il-Bidu f’Għar Dalam – Liesel Charis Cuschieri (Form 1.1)
Tfexfex nixxiegħa ta’ xita fix-xlokk
‘Xxarrab ix-xtieli fix-xagħri tax-xlokk
Ippoppotami madwar l-orsijiet
Ċriev u ljunfanti jixorbu mill-wied.
Tfexfex nixxiegħa ta’ xita fix-xlokk
Tobrox u tkaxkar il-qiegħa u fejn tħokk
Għal sekli jitħaffer ‘il ġewwa taħt l-art
Għar kenni għall-bhejjem fis-sħana, fil-bard.
Kram paħ pam kullimkien
Art, bhejjem inbelgħu ġol-għar.
Kram paħ pam mal-widien
Fid-dlam kollox mar…
F’dalma midfuna jistrieħu fis-sliem
Bhejjem ta’ dari iltaqgħu mat-tmiem
M’għadhomx in-nixxiegħa, ċriev, orsijiet
Għar Dalam biss baqa’: storja fis-skiet.
Il-Passju – Rebecca Ellul, Deborah Saliba u Mariah Bugeja (Form 1.2)
Kemm nixtieq li jien ikbar,
Kemm nixtieq li għandi ż-żmien,
Ħalli nilgħab logħob ta’ dari,
Li kienu jilagħbu n-nanniet.
Il-passju logħba mill-isbaħ,
B’disa’ numri qrib xulxin,
Twaddab ġebla fuq kull numru,
U taqbiżhom fl-istess ħin.
Trid tibda numru wieħed,
Twaddab ġebla għal ġo fih,
Tibda taqbeż kaxxa, kaxxa,
U terġa’ lura minnufih.
Imma attenta għas-sinjali,
Dritt fl-art imħażżin,
Għax jekk int tirfes xi wieħed,
Ikollok tieqaf minnufih.
Mal-art kienu jħallu l-passju,
Biex l-għada kemm isibuh,
Iżda jekk tagħmel ix-xita,
Kienu jerġgħu ipinġuh!
Ġensna – Katrina Vella u Francesca Cachia (Form 1.3)
Ġensna, Art Twelidna,
Maħkuma mill-barranin,
Poter, ħakma u faqar,
Riduna lkoll hekk mitlufin.
Gwerer, ġlied bla heda,
Poplu xebgħan bla xogħol,
Kemm l-Għarab, Taljani, Franċiżi,
U Ingliżi jwehdu bla bżonn.
Il-poplu qalbieni Malti,
Quddiemu l-mewt ta’ kuljum,
Dera jidfen lil niesu, li mietu,
Bil-biża’, twegħir kemm ser idum?
Kanuni, sparar u faqar,
Tfal barra u rġiel bla xogħol.
Fortizzi u bereġ li bnewhom,
Le! Riedu biss lil Malta lkoll.
Sa fl-aħħar din artna tirrenja
Fl-elf disa’ mija disgħa u sebgħin,
Ġens ħieles u poplu kburi,
Li l-barrani kien ħalla din l-art.
Qatt aktar ma konna ser inkunu,
Minn xi barranin hekk maħkumin.
Riedu biss lil Malta tagħna,
Tibqa’ Malta biss tal-Maltin!
Pittura tas-Siluwett tal-Imdina – Rebecca Xerxen (Form 2.3)
Tant fiha tifsira,
Għal dawk li japprezzaw,
L-arti u l-pittura,
Żgur li iktar qed jaraw.
Jaraw iktar minn kulur iswed,
Fuq sfond ikkulurit,
Tidħol ferm l-immaġinazzjoni,
Tista’ tara dak li trid.
L-istorja tmur lura,
Eluf ta’ snin minn hawn,
Minn żmien il-Feniċi,
Ir-Rumani u San Pawl.
Fost ħafna rikezzi,
Kappelli ‘nbnew,
Palazzi antiki,
Ta’ qabilna ħallew.
Illum ġewwa l-Imdina,
Qisu waqaf il-ħin,
Jispikka s-silenzju,
U l-marka tas-snin.
Meta tara din l-arti,
Tħallik taħseb sew,
Fuq il-wirt ta’ pajjiżna
Li ta’ qabilna ħallew.
F’Inżul ix-Xemx f’Ħaġar Qim – Corinne Baldacchino, Michaela Debono, Mariah V. Farrugia u Kimberly Galea (Form 2.3)
Minn dari ftit passi ‘l bogħod,
Għalhekk Ħaġar Qim, f’inżul ix-xemx jien żort.
Ħafna flora u fawna rajt,
U għasafar jgħannu jiena smajt.
Dawn it-tempju tassew storiċi,
U fid-dinja żgur li uniċi.
Xemx u xita dawn jaqalgħu,
Iżda qatt u qatt ma waqgħu.
F’dan il-post issib ħafna turisti,
Dawn tempji li nbnew fi żmien in-Neolitiċi.
Magħmulin minn ġebliet kbar,
U ftit li xejn issib xi tnejn żgħar.
Lil mara l-ħoxna kienu jqimu,
U bosta drabi joffru xi sagrifiċċju.
Ħaġar qim f’inżul ix-xemx,
Ħlief dellijiet m’hemmx.
Ħafna ġebel mimdudin u weqfin.
Jien inħobb lil Ħaġar Qim!
Monday, April 25, 2011
Kompetizzjoni tal-Poeżija – Wirt Storiku Malti
Nixtieq inħabbar ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni tal-poeżija, pero qabel nixtieq ngħid prosit lil kull min ħa sehem. Kienet tassew diffiċli biex nagħżel il-poeżiji rebbieħa l-għaliex kollha kemm huma kienu tassew sbieħ u li ma jkollok aptit tieqaf taqrahom qatt! Kif għidtilkom fil-klassi, ir-rebbieħa ser ikunu qegħdin jaqraw dawn il-poeżiji waqt ‘Achievement Day’.
Ir-rebbieħa huma:
- ‘Il-Bidu f’Għar Dalam’ – Liesel Charis Cuschieri (Form 1.1)
- ‘Ġensna’ – Katrina Vella u Francesca Cachia (Form 1.3)
- ‘F’Inżul ix-Xemx f’Ħaġar Qim’ – Corinne Baldacchino, Michaela Debono, Mariah V. Farrugia, Kimberly Galea (Form 2.3)
- ‘Pittura tas-Silwett tal-Imdina’ – Rebecca Xerxen (Form 2.3)
Il quddiem ser intella' dawn il-poeżiji fuq il-blogg sabiex b’hekk kulħadd ikun jista’ jaqra dak li kitbu r-rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni.
Ms Deandra
Subscribe to:
Posts (Atom)





