Krysta Falzon
Illum nixtieq ngħidlek dwar il-ħabiba favorita tiegħi. Din il-ħabiba jisimha Krysta Falzon. Krysta għandha għajnejha kannella bħall-kulur ta' xagħarha li huwa twil. Hi mhijiex waħda mit-twal nett, iżda żgur li mhix qasira. Madanakollu, lili xorta tgħaddini!
Krysta hija tila verament organizzta u tieħu l-istudji tagħha bis-serjetà. Hi tagħmel ix-xogħol tal-iskola kollu bil-qalb, iżda ma tantx jogħġobha s-suġġett tax-Xjenza. Krysta hija tifla b'karattru li nixtieq li kulħadd għandu bħalu. Hi tifla onestà u ambizzjuża. Krysta intelliġenti wkoll u tagħti ħafna pariri.
Lil Krysta din is-sena ltqajt magħha. Hi vera ferħana li ġara hekk. Niftakar li l-ewwel darba li ltqajt magħha kont qed nilgħab logħba mal-ħbieb u kienet qed tilgħab magħna. Minn dak iż-żmien 'l hawn, bqajna ħbieb sal-lum.
Jiena naf li jekk xi darba niġġieldu ħa nerġgħu nsiru ħbieb. Nittama li nibqgħu ħbieb tal-aħħar!
Nicole Ellul (Form 1.2)
---------------------
Katya Saliba
Hemm tilla fil-klassi tiegħi illi hija l-ikbar ħabiba li għandi. Ilna ħbieb mill-primarja.
Hija bjonda u għajnejha kannella. Tħobb taqra u ddoqq il-pjanu. Hija qasira u rqiqa. Minn dejjem kienet tajba fl-isport u fl-iskola. Għandha żewġ aħwa tewmin li huma iżgħar minnha. Għandha qattusa jisimha Mitten. Fejn tkun tista', dejjem tgħin u dejjem issibha hemm meta jkollok bżonnha. Għandha karattru ferrieħi, għax dejjem taralha tbissima fuq wiċċha. Tħobb tiekol ħafna l-għaġin il-forn u dejjem tieklu bil-qalb. Kull meta jkollok bżonn parir għandha dejjem tista' tmur għax tieħu pjaċir bil-fatt li tista' tgħin lil min hu fil-bżonn. Fil-kampanja tieħu pjaċir tmur għax dejjem tara affarijiet interessanti u ġodda.
Tħobbu ħafna l-baħar, għandha dgħajsa u fis-sajf dejjem tmur fuqha mal-familja tagħha biex joqogħdu jgħumu fil-baħar ċar. Is-suġġett favorit tagħha fl-iskola huwa l-Franċiż, minn dejjem kienet tajba fih u dejjem kienet tħobbu. Jiena dejjem kont viċin tagħha u kull meta jkollha xi problema jew diffikulta' f'xi ħaġa dejjem ġiet għandi għal parir. Jiena dejjem għidtilha biex tiġi għandi jekk ikollha bżonn xi ħaġa.
Din it-tifla hija l-isbaħ ħabiba li qatt seta' jkolli, għax waħda bħalha żgur imkien m'jien se nsib. Din it-tifla hija Katya.
Hannah Zoe Davies (Form 1.3)
Meta jiena nħares lejha, nara tfajla b'qalb tad-deheb. Kull darba li jkolli xi problema mal-ewwel tiġi tgħini bla tgergir ta' xejn. Tant kemm għandha qalbha tajba li anki 'l-annimali tħobb tgħin meta tista'. Fil-fatt għandha kelb ħelu li jismu Enki, u tgħidx kemm tieħu ħsiebu. Anzi, xi kultant taraha ħdejja biex tgħini mingħajr ma nkun għidtilha xejn. It-tbissima tagħha tferrħek mal-ewwel, anki jekk tkun imdejqa ħafna. Jien naħseb li la tikber għad issir xi attriċi jew żeffiena għax hija ilha tiżfen minn mindu kienet żgħira. U malli tara xi kamera, mal-ewwel tmur tippoża quddiem xi waħda. Iżda fl-istess ħin, ma tħallix dawn l-attivitajiet itellfuha fl-istudju tal-iskola, għaliex hija tifla responsabbli ħafna, u moħħha jilħqilha.
---------------------
Jessica Caruana
Jien u l-ħabiba tal-qalb tiegħi, mhux minn dejjem konna l-ikbar ħbieb. Anzi, fil-bidu bilkemm konna ngħidu kelma lil xulxin. Imma llum il-ġurnata tista' tgħid li aħna inseparabbli.
Meta jiena nħares lejha, nara tfajla b'qalb tad-deheb. Kull darba li jkolli xi problema mal-ewwel tiġi tgħini bla tgergir ta' xejn. Tant kemm għandha qalbha tajba li anki 'l-annimali tħobb tgħin meta tista'. Fil-fatt għandha kelb ħelu li jismu Enki, u tgħidx kemm tieħu ħsiebu. Anzi, xi kultant taraha ħdejja biex tgħini mingħajr ma nkun għidtilha xejn. It-tbissima tagħha tferrħek mal-ewwel, anki jekk tkun imdejqa ħafna. Jien naħseb li la tikber għad issir xi attriċi jew żeffiena għax hija ilha tiżfen minn mindu kienet żgħira. U malli tara xi kamera, mal-ewwel tmur tippoża quddiem xi waħda. Iżda fl-istess ħin, ma tħallix dawn l-attivitajiet itellfuha fl-istudju tal-iskola, għaliex hija tifla responsabbli ħafna, u moħħha jilħqilha.
Minbarra l-kwalitajiet sbieħ minn ġewwa, hija wkoll tifla sabiħa minn barra. Ħaddejha dejjem ħomor peprin u dejjem bi tbissima sabiħa. Xagħarha twil u kannella qisu tal-ħarir. Għajnejha huma kannella u jleqqu ħafna. Hija tkun perfetta għal mudella għaliex hija rqiqa u kif ukoll twila.
Meta xi darba tiġu fil-klassi tagħna, m'għandix dubju li bl-għajnuna ta' din id-deskrizzjoni jirnexxilkom tagħrfu 'l-akbar ħabiba tiegħi, li hija Jessica Caruana.
Mariah Renaud (Form 1.1)



