Nixtieq nawgura l-Milied it-tajjeb lil kulħadd...
Ms Deandra
Il-kitba kreattiva hija kwalunkwe kitba li tesprimi ħsibijiet, sentimenti u emozzjonijiet, aktar milli sempliċiment wieħed iwassal xi tip ta' informazzjoni. Tajjeb li wieħed jiftakar li l-kitba kreattiva hija proċess li jinvolvi numru ta' stadji differenti, sabiex wieħed jasal għax-xogħol finali. "Il-kitba nxebbaha mal-maġija... l-għaliex biha tkun qed toħloq xi ħaġa mix-xejn,” Susanne Clarke.
Kemm ħadt gost, 
Għandha dar antika b'ċeru fdalijiet tal-antik. Ġod-dar għandha ħafna affarijiet tal-fidda u tad-deheb. Id-dar iżżommha xummiema. Ħafna drabi tistedinna għall-Milied u ġieli nistednuha. Tħobb issajjar ħafna u l-ikel tagħha dejjem bnin. Kull meta mmur għandha dejjem tħaddanni magħha għax tqisni bħala bintha u dejjem wara xi ikla tajba, ma tonqosx xi naqra imbuljuta u xi naqra kafè tajba, kif taf tagħmel hi. Għandha ġnien daqs dinja, fih kull tip ta' pjanti. Għandha wkoll ħafna annimali bħal qtates, klieb, għasafar u ħafna oħrajn. Hi tgħid li din il-familja tagħha.
Doris (għax hekk ngħajtulha aħna fil-qasir) għandha familja kbira u li tieħu ħsiebha. Għalkemm m'għandhiex tfal u toqgħod waħedha, ġieli t-tfal tat-tfal ta' ħutha jmorru jorqdu għandha u jqattgħu xi żewġt iljieli wara xulxin hemmhekk. Erba' darbiet f'ġimgħa, il-familjari tagħha jmorru jżuruha u ġieli jsajrulha xi dixx imqarrun jew xi borma brodu sħuna, jew anki ġieli xi kejk tal-lewż. Din ix-xwejħa dejjem kuntenta u ma tgergirx, u tagħmel minn kollox biex tferraħ lin-nies. Dejjem tieqaf issellmilna meta tarana, u tixtrilna xi biċċa ċikkulata. Doris dejjem tgħid li qalbha kbira biżżejjed għal kulħadd u tixtieq tgħin lil kull min hu fil-bżonn.
F'ħabta u sabta, ħareġ aljen żgħir minn ġo dar li kienet magħmula mill-kejkijiet. Lizzie ħadet qatgħa kbira, imma l-aljen beda jkellimha b'ħafna ħlewwa u ġentilezza. L-aljen beda jispjega lil Lizzie li hija kienet ġiet f'dinja tal-fantasija, dinja fejn kollox kien perfett u kulħadd kien jgħix f'armonija ma' xulxin. Lizzie ħassitha ħa ttir bil-ferħ għax dejjem kellha x-xewqa li taħrab mid-dinja reali. Sfortunatament, l-aljen li kien jismu Żigiżgiżu qal lil Lizzie li hi kellha terġa' tirritorna lura lejn id-dinja. Lizzie ma riditx titlaq għax kienet qed tieħu pjaċir.
Fis-sitt ġurnata mort id-dar tan-nanniet bħas-soltu u bqajt dieħla fil-ġnien. Kien hemm skiet perfett u ħassejt xi ħaġa stramba u ndunajt li l-għasafar ma kinux qed jgħannu bħas-soltu. Ħarist lejn il-guva u msarni niżlu f'saqajja. Bqajt b'ħalqi miftuħ beraħ għax l-għasafar ma kinux hemm. Bdejt nogħrok għajnejja u ma ridtx nemmen u qabditni rogħda kbira. Tatni rasi u bdejt insaqsi lili nnifsi, x'ser nagħmel?
Mort niġri fil-garaxx biex insib sellum. Jien u għaddejja mill-kuritur nolqot mejda u minn fuqha waqa' vażun li tant kien għal qalb ommi u dan spiċċa f'mitt biċċa. Bqajt ħierġa dritt fil-ġnien. Tlajt fuq is-sellum u bdejt nissara biex nipprova neħles lill-qattus. Fil-pront minn ġewwa nisma' lil ommi tgħajjat. Kienet ġiet lura u sabet il-vażun imkisser mal-art. Bil-qatgħa li ħadt iċċaqlaq is-sellum minn taħti u waqa'.
It-tmiem tal-ġimgħa huwa l-isbaħ parti tal-ġimgħa għalija. Mhux kollox logħob u mistrieħ fi tmiem il-ġimgħa imma ħafna studju u xogħol ukoll. Is-Sibt nipprova nlesti x-xogħol tal-iskola u nibda nistudja ftit. Filgħaxija noħroġ niekol mal-familja. Il-Ħadd inqum kmieni għall-quddiesa tat-tmienja. Il-Ħadd jiena s-soltu nistudja dak kollu li nkun għamilt matul dik il-ġimgħa. Apparti minn hekk, immur u nara n-nanniet ukoll. Nieħu gost narahom wara ġimgħa sħiħa.
Il-Ħadd filgħodu mmur nipprattika l-atletika. Wara nofsinhar immorru nżuru lin-nanniet. Oħti u jiena nieħdu gost nilagħbu fil-ġnien tagħhom jekk ikun temp sabiħ. Aħna nirkbu r-roti tagħna madwar il-ġnien u nilagħbu ħafna logħob ieħor.
Il-baħar kien ċar daqs il-kristall u mill-ewwel inżilt ngħum. Wara xi nofs siegħa rajt tifla ta' xi għaxar snin timxi fuq il-bajja. Jien ma tajtx kas u bqajt ngħum taħt is-sema kaħli, l-għasafar ikantaw qishom riedu jibdew igorru bis-sħana huma wkoll, taħt ix-xemx taħraq. Kont ħierġa 'l barra ġol-baħar imma f'daqqa waħda smajt ħoss kbir u dort biex nara jekk il-basket kienx għadu hemm. Il-basket kien hemm imma bqajt inħares biex nara x'ġara. Bdejt dieħla 'l ġewwa u rajt xi ħaġa mimduda mal-art u ndunajt li kienet dik it-tifla u ħassha ħass ħażin. Tlajt niġri u ħadtha l-isptar. Wara ftit ġiet f'tagħha u jien tlaqt għax qalet lit-tabiba biex iċemplu d-dar.
Qomt mal-għajta tas-serduq li kien hemm fl-għalqa ta' maġenbna. X'ħin qomt, nara li l-fann kien mitfi. Jien skantajt għax naħseb li ħadd ma jħalli l-fann mitfi f'nofs Lulju. Erġajt ppruvajt nixgħelu imma kollu kien ta' xejn għax mitfi kien u mitfi baqa'. Jien tlaqt niġri b'saqajja ma' dahri nfittex lil ommi biex nara x'kien ġara. Lil ommi sibtha fit-terrazzin qalb il-pjanti ta' kull kulur u f'nofshom kien hemm pjanta sabiħa tal-frawl li kienet ilha tinbed madwar sentejn. Kienet qiegħda ssaqqi. Saqsejtha għaliex il-fann kien mitfi u fi ftit kliem kienet qaltli li kien mar id-dawl. Dakinhar kienet għaddejja mewġa tas-sħana. Tistgħu taħsbu xi sħana kienet. F'ħakka t'għajn iddeċidejna li mmorru ngħumu sal-Għadira.
Waqafna ftit naraw x'kien qed jagħmel iżda s-sħana u x-xemx tiżreġ ma flaħnihiex. Ġegħlna lil missieri jdawwar denbu lura lejn id-dar.
Nixtieq nilqa' lil kull waħda minnkom mill-ġdid fil-blogg Karta u Pinna. Erġajna sibna ruħna f'sena skolastika ġdida, sena mimlija tagħlim u sena mimlija esperjenzi ġodda. Nilqa' lill-istudenti tal-ewwel sena li għalihom il-blogg tal-Malti żgur huwa xi ħaġa ġdida! Nixtieq ninfurmakom li sħabkom tat-tieni sena diġà għamlu użu minn dan il-blogg u għoġobhom jaqsmu l-kitbiet tagħhom mal-oħrajn. Nispera li intom tagħmlu l-istess :)) ! Filfatt biex inħajjarkom ftit, nixtieqkom taqraw xi wħud mill-kitbiet li kitbu l-istudenti li s-sena l-oħra kienu fl-ewwel sena, bħalkom, biex b'hekk tieħdu idea tal-kitbiet li tistgħu toħolqu intom. Il-kitbiet m'hemmx għalfejn ikunu komponimenti li nagħtikom bħala xogħol għad-dar, iżda kull min irid jista' jibgħatli l-kitba kreattiva tiegħu fuq l-indirizz elettroniku: karta.u.pinna@gmail.com !
“Kelli n-noti ta’ kull lezzjoni,
Ħ’Attard jinsab fiċ-ċentru ta’ Malta. Hawnhekk insibu diversi ġonna żgħar u mxerdin imma imbagħad insibu wieħed kbir u magħruf ħafna li huwa San Anton. Ħ’Attard huwa magħruf ukoll għas-siġar taċ-ċitru. Għalhekk il-motto ta’ Ħ’Attard huwa “Iffjurit bil-ward imfewwaħ”. Il-palazz ta’ San Anton kien mibni mill-Granmastru Antoine De Paule fi żmien il-kavallieri. Huwa ġnien mimli fjuri kkuluriti u siġar kbar. Filfatt ħafna turisti jżuru dan il-ġnien. Fi żmien il-kavallieri l-Granmastru kien joqgħod fih imma issa l-President ta’ Malta intitolat li joqgħod hemm.