Telqu bil-karozza t'oħti u saqet hi. Xħin waslu nofs triq, qabdet nieżla xita bil-qliel. Oħti ma bdiet tara xejn waqt li kienet qed issuq u bdiet tippanika ħafna, u għalhekk tilfet il-kontroll tal-karozza. F'daqqa waħda, ħabtet ġo ħajt tas-sejjieħ u bid-daqqa li ħadu, il-karozza nqelbet. Il-karozza spiċċat fi stat ħażin, iżda l-kuġina u oħti ma dehrux imweġġgħin gravi. Fejn ġara l-inċident kien hemm mara li kienet miexja u rat dak kollu li ġara. Kif rat il-karozza bin-nies ġo fiha maqluba, ċemplet għall-għajnuna. Ftit tal-minuti wara, waslu l-pulizija, l-ambulanza u tal-Protezzjoni Ċivili. Peress li kien hemm ħafna traffiku, il-pulizija mexxew it-traffiku u tal-Protezzjoni Ċivili ħarġu lil oħti u 'l-kuġinti mill-karozza. L-ambulanza ħadithom l-isptar biex jiġu kkurati.
Il-familja tiegħi u ta' kuġinti ġiet infurmata b'dak li ġara u lkoll kemm aħna morna nżuruhom l-isptar. Kull ma kellhom kien naqra ksur, għalhekk ma damux ma ħarġu mill-isptar. Oħti għall-bidu bdiet tibża' terġa' tibda ssuq imma wara naqra kuraġġ kellha tixtri karozza oħra u reġgħet bdiet issuq. Nirringrazzja 'l Alla li dan l-inċident spiċċa b'wiċċ il-ġid.
Aimee Agius (Form 1.1)
-----
Għodwa waħda, iz-zija Edith kienet qiegħda twassal lit-tifla tagħha l-iskola. Kuġinti Martina, kienet qiegħda tilgħab bil-mowbajl t'ommha fuq wara tal-karozza. Martina kienet eċitata għax dakinhar kellha eżami tal-Ingliż.
Dan kien l-ewwel eżami li qatt għamlet u għalhekk għamlet ħilitha biex tmur tajjeb iżda fejn bassret x'kien ser jiġri? F'ħabta u sabta l-ħġieġ tal-karozza niżel kollu fuqhom. Huma kienu ħabtu ma' karozza oħra li kien qiegħed isuqha raġel.
Martina bdiet tippanikja għax kienet ser titlef l-eżami iżda mara b'qalbha tad-deheb offriet li twassal lil kuġinti għax anki hi kellha tifla li tmur fl-istess skola tagħha. Allura Martina telgħet magħha. Waqt li kienu fil-karozza, Martina u l-mara t-twajba, kif ukoll it-tifla tagħha, flimkien qalu r-rużarju. Meta waslet, sabet lil sħabha bilqiegħda fil-klassi lesti li jieħdu l-karta tal-eżami. Wara li marret tlaħlaħ naqra wiċċha, reġgħet daħlet ġol-klassi, fejn irċiviet il-karta tal-eżami. Meta bdiet taħdem il-mistoqsijiet ma setgħetx tiffoka ħafna, allavolja ma kinitx weġġgħet waqt l-inċident. Hi kienet għadha inkwetata fuq dak li ġara filgħodu u anki taħseb kif baqgħet ommha.
Kif spiċċa l-eżami, Martina ħarġet tfittex lil ommha u ħadet ir-ruħ xħin rat li kienet qawwija u sħiħa. Meta għadda ftit taż-żmien, kuġinti rċiviet ir-riżultati u serħet rasha għax kellha marka tajba. Għalkemm għaddiet minn esperjenza kerha, fl-aħħar mill-aħħar kollox intemm b'wiċċ il-ġid.
Hayleigh Baldwin (Form 1.2)
Hayleigh Baldwin (Form 1.2)
-----
Kienet l-għodwa tas-26 t'April. Iż-żewġt iħbieb, Marija u Lina kienu fi triqithom lejn il-kampanja.
Huma u mixjin, affaxxinaw ruħhom bis-sbuħija tan-natura. Billi t-temp kien sabiħ, is-siġar kienu mimlijin bl-għana tal-għasafar. Marija u Lina tant ħassewhom ferħanin li bdew jaqbżu u jogħlew qalb il-ħaxix ħadrani u frisk.
F'daqqa waħda saqajhom marru fuq tavla li kienet tgħerriet bix-xita u bil-maltemp. Din inqasmet u t-tfal sabu ruħhom ġo ħofra. B'xorti tajba, ma kienx hemm ilma ġol-ħofra! Lina u Marija weġġgħu xi ftit iżda aktar kellhom qatgħa kbira fuqhom.
Huma bdew jibku għax ħasbu li ma kinux ser isibu għajnuna. Bdew jgħajtu kemm jifilħu għall-għajnuna. Ix-xemx bdiet nieżla u beda jidlam. Beda jaħkimhom il-ġuħ u l-għatx. F'daqqa waħda semgħu kelb jinbaħ riesaq lejn il-ħofra.
Xħin il-kelb sema' l-ilna tat-tfal, dan aktar beda jinbaħ. Sadanittant wasal sid il-kelb. Xħin lemaħ lill-kelb jinbaħ ħdejn il-ħofra, induna li kien hemm xi ħadd fil-ħofra. Ħares 'l isfel u lemaħ liż-żewġt itfal. Dan dlonk ċempel għall-għajnuna. L-ambulanza kienet fuq il-post f'qasir żmien.
Din kienet esperjenza kerha għal Marija u Lina. Żgur li kienu ser imutu hemm isfel li kieku ma sabhom ħadd.
Nisrin Elouni (Form 1.3)
Qatt ma kont nemmen li xi ħaġa bħal din setgħet tiġrili sakemm iż-żwieġ tiegħi kważi spiċċa għalkollox.
ReplyDeleteŻewġi f'daqqa waħda nbidel. Ir-raġel li darba kien iħobbni u jieħu ħsiebi sar kiesaħ, imbiegħed, u rrabjat għal ebda raġuni. Waqaf juri interess fiż-żwieġ tagħna, evitani kompletament, u eventwalment talabni għad-divorzju. Kont imkissra għax verament kont inħobb lil żewġi b'qalbi kollha.
L-affarijiet marru għall-agħar meta mblokkani kullimkien — WhatsApp, Facebook, Instagram — bħallikieku qatt ma eżistejt. Kont nibki kull lejl nistaqsi x'għamilt ħażin.
Darba waħda, ħabib tal-qalb żarni u introduċieni ma' raġel spiritwali jismu Dr Dawn. Onestament, għall-ewwel kont xettika, imma ddeċidejt li nispjegalu kollox għax ma kellix xejn x'nitilef.
Dr Dawn għamilli qari spiritwali, u kont ixxukkjata. Huwa żvela sigrieti dwar iż-żwieġ u l-ħajja personali tiegħi li ħadd ma kien jaf. Kulma qal kien 100% preċiż. Imbagħad żvela li mara oħra kienet għamlet saħta fuq żewġi. Din il-mara kienet iżżuru spiss, u jien b'bluha kont nemmen li kien biss dwar ix-xogħol. Dr Dawn għenitni nkisser is-seħer u wettqet ritwal qawwi ta’ restawr tal-imħabba għaż-żwieġ tiegħi.
Għas-sorpriża kbira tiegħi, ftit żmien wara, żewġi fetaħli l-blokk hu stess u beda jċempel u jibgħatli għadd kbir ta’ messaġġi, jittallabni naħfirlu u nerġa’ lura d-dar. Għall-ewwel injorah minħabba l-uġigħ li kkawżali, imma eventwalment ġie d-dar b’rigali u dmugħ f’għajnejh u jitlobni ċans ieħor.
Illum, iż-żwieġ tagħna huwa aktar b’saħħtu, aktar ferħan, u aktar paċifiku minn qatt qabel. L-imħabba bejnietna tħossha kompletament imġedda.
Bħallikieku dan ma kienx biżżejjed, Dr Dawn aktar tard għenitni b’ritwal tat-tqala għax konna ilna snin nitħabtu biex ikollna t-tfal. Fi żmien 8 ġimgħat, ħsibt b’mod naturali, u llum aħna mberkin b’żewġ subien sbieħ u b’saħħithom.
Se nibqa’ grata għal dejjem.
Jekk għandek bżonn: Seħer tal-imħabba biex terġa’ tingħaqad mal-eks tiegħek
. Għajnuna fir-restawr taż-żwieġ
. Ritwali tat-tqala biex tikkonċepixxi
. Għajnuna spiritwali għal każijiet fil-qorti jew irkupru ta’ wirt
. Gwida u protezzjoni spiritwali
Nirrakkomanda ħafna lil Dr Dawn. It-testimonjanza tiegħi hija reali, u l-ferħ tiegħi llum huwa prova. Il-WhatsApp tiegħu: +2349046229159
dawnacuna314@gmail.com