-------------------------
-------------------------
Il-kitba kreattiva hija kwalunkwe kitba li tesprimi ħsibijiet, sentimenti u emozzjonijiet, aktar milli sempliċiment wieħed iwassal xi tip ta' informazzjoni. Tajjeb li wieħed jiftakar li l-kitba kreattiva hija proċess li jinvolvi numru ta' stadji differenti, sabiex wieħed jasal għax-xogħol finali. "Il-kitba nxebbaha mal-maġija... l-għaliex biha tkun qed toħloq xi ħaġa mix-xejn,” Susanne Clarke.
Ħadna ħafna ikel,
Kien qed joqrob il-Milied u ommi, oħti, in-nanna, in-nannu u jiena ddeċidejna li mmorru ħarġa sa Tas-Sliema biex nixtru r-rigali. Ġurnata qabel il-ħarġa, ommi ċemplet lin-nannu biex issaqsih jekk hu riedx li hi tgħaddi għalihom. Miskina l-mamà kellha tirrepeti xi għaxar darbiet qabel ma fehem sew in-nannu! Hu qal li ma kienx hemm għalfejn għax kien jaf jasal waħdu. | |
"Dan il-ħoss x'inhu?" Ħoss t'għajjat dejjem jersaq iżjed qribi! Qiegħda nħares lejn il-post meta nara xi tużżana uċuħ iħarsu lejja minn wara palma. Il-ħarsa t'għajnejhom tidher kattiva u ma baqgħali l-ebda triq ħlief dik li niġri 'l quddiem. Sibt biċċa stikka rqiqa imma tajba biex niġġieled biha. Ara, sibt zokk ukoll! Imma hemm ħafna nies biex niġġieled waħdi. "Aaaaaħħħ!" Ġibidni xi ħaġa 'l fuq u issa qisni qiegħda ntir! Qabadni mill-flokk u daqt iqattagħuli. Qiegħda nara kollox imżelleġ u rasi qed iddur bija!
Ara, bħalissa s-sebgħa u nofs. Ejja ħa nibdew immorru. Jien dejjem intir u dejjem nara affarijiet ġodda. Xi ġmiel ta' ġnien għandha Lara, mimli fjuri, ħaxix, siġar u frott. Lara hija waħda mill-iktar bniet bravi fir-raħal. Dejjem taqdi d-dmirijiet tagħha. Kemm għandha dar ħelwa. Qisha dejjem tkun f'postha u nadifa. M'għandix dubju li Lara tgħin biex iżżomm darha hekk! Qed inħossni fis-seba' sema daqs kemm hawn sabiħ. Mela s-sinna ta' Lara sibtha, issa li jonqos hu li npoġġi l-flus. Għandha tliet ewro.
Jiena qiegħda hawn nistenna ma' ommi fil-kju. Minn dejjem xtaqt nara 'l-'Mona Lisa' u x-xabla ta' La Valette. Fl-aħħar, imissna biex nidħlu. Malli nidħol ninduna li fadalli biex nara li rrid jiena għax il-post huwa enormi u maqsum f'sezzjonijiet differenti. Statwi tar-Rumani, statwi tal-Griegi u sezzjoni t'affarijiet Eġizzjoni huma kollha affarijiet interessanti li qegħdin naraw bil-qalb. Bħalissa mixjin biex nidħlu fis-sezzjoni tal-inkwari prezzjużi u l-ammont ta' kameras u rġiel tas-sigurtà huma ħafna.
Wieħed minnhom qed imur għand il-kaxxiera u beda jitfa' l-mazez tal-flus ġo borża li kellu. Hi ħassha ħażin bil-biża' u l-ħallelin ma tawx kasha. Ommi beda jxoqq l-għaraq għaliha, jien kelli msarni f'saqajja li ħa jħossni ħażin. Xtaqt li dal-mument jgħaddi b'wiċċ il-ġid. F'daqqa waħda, raġel mibni ħataf l-arma ta' wieħed mill-ħallelin. Il-pulizija li kien għassa beda jissielet mal-ħalliel l-ieħor. Żewġt irġiel oħra fil-kju marru jgħinu u n-nisa u t-tfal morna f'ġenb għall-kenn. B'xorti tajba smajna s-sirena tal-pulizija. F'daqqa waħda daħlu l-pulizija u malajr ħatfu l-ħallelin u mmanetjawhom. Kulħadd kellu qatgħa kbira fuqu. Ġew xi nies imlaħħqa mill-bank biex jaraw hux kollox sew. Ġew ukoll tal-kamera biex jirrappurtaw il-ġrajja fuq l-aħbarijiet.