Thursday, November 15, 2012

Maratona ta' qari

Li taqra ftit kuljum huwa importanti l-għaliex mill-qari titgħallem ħafna affarijiet ġodda. 

Illum, fl-iskola tagħna, saret maratona ta' qari fejn intom l-istudenti wżajtu ftit mill-ħin tagħkom biex taqraw ktieb li huwa għal qalbkom. Kif tafu, f'din il-ġurnata saru diversi attivitajiet minn diversi għalliema. Intom l-istudenti kellkom ukoll iċ-ċans li tiffamiljarizzaw irwieħkom mal-kotba l-ġodda bil-Malti li nxtraw mill-għalliema tal-Malti waqt il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb. Dawn inxtraw bis-saħħa tagħkom, mill-flus li nġabru s-sena l-oħra waqt l-'Achievement Day'. Nittama li intom kuntenti bl-għażla li għamilnielkom.

Hawn taħt għandkom issibu xi ritratti li ttieħdu waqt il-maratona stess...

 

K o t b a   ġ o d d a   b i l - M a l t i   f i l - l i b r e r i j a   t a l - i s k o l a    t a g ħ n a  . . .

 



X i   w ħ u d   m i l l - i s t u d e n t i   j a q r a w   m i l l - b l o g g   t a l - M a l t i   
w a q t   i l - M a r a t o n a   t a '   q a r i . . .


3 comments:

  1. Inġabru 'l fuq minn elf ewro Lizzie. Dawn il-flus kollha ser jintefqu fuq kotba ġodda, kemm tal-Malti u kif ukoll ta' suġġetti oħra. Dan kollu bis-saħħa tagħkom :)

    ReplyDelete