Tuesday, March 13, 2018

Riċensjoni

Jien inħobb naqra l-aktar kotba ta' avventura. Dan l-aħħar kont qed naqra l-ktieb 'The Jungle Book.' Kien fih ħafna misteri u immaġinazzjonijiet. Vera għoġobni minħabba dawk ir-raġunijiet. 


L-istorja titqassam fi tliet volumi u jien s'issa lestejt l-ewwel ktieb. L-istorja ħallietni bla nifs għax il-ħin kollu naħseb x'ser jiġri. Fl-istorja daħlu kemm l-annimali, kif ukoll il-persuni. Il-karattri tal-annimali kienu ors jismu Baloo, pantera jisimha Bagera, lupu jismu Ikela u tigra jisimha Sherkan. Il-persuni kienu tifel li jismu Mowgli u tifla jisimha Shanty. 

L-istorja tibda billi Ikela kienet qiegħda ddur ħdejn xmara ġo ġungla fejn semgħet tarbija tibki ġo dgħajsa wieqfa. Marret tara, ġabritu u hemmhekk tawh isem hi u l-ilpup l-oħra. Mowgli t-tifel qalulu fejn sabuh u xejn ma kien jaf meta kiber.

Iż-żmien kompla jgħaddi u Mowgli għamel ħbieb ma' Baloo li kien l-ors u Bagera l-panter. Fl-istorja Mowgli ma kellux ħajja faċli għax ġol-ġungla tigra riedet toqtlu. L-istorja spiċċat billi Mowgli mar ħdejn xi xmara li tmiss ma' raħal fejn kienu joqogħdu n-nies. Ra din it-tifla timxi 'l hemm u ġara li mar warajha. Wara l-annimali ndunaw fejn mar u ferħu. L-istorja tkompli fit-tieni u t-tielet ktieb. 

Xtaqt inkun naf kif tkompli imma jkolli nistenna sakemm inġib il-kotba l-oħrajn. L-awtriċi tal-istorja jisimha Miles Kelly. Hija taf tikteb kotba tajbin dwar avventuri. 

Mariah Farrugia (Form 2.2)

-----

Ktieb li qrajt dan l-aħħar huwa "Harry Potter and the Chamber of Secrets." Ħadt ħafna gost naqrah għax iħallik b'nifsek maqtugħ. Iġiegħlek taħseb ħafna u jdawwarlek il-ħsibijiet ta' taħt fuq. Huwa t-tieni ktieb minn sett ta' seba' kotba. 

Il-karattri prinċipali huma, Harry Potter, Ron Weasley u Hermione Granger. Ron kien tifel irqiq u twil, bin-nemex u kien ġej minn familja ta' sħaħar. Kien l-iżgħar tifel, fost sebat itfal. Harry Potter kien tifel saħħar li fis-sajf kien jgħix maz-zijiet u l-kuġin tiegħu. Ommu u missieru mietu f'attakk kontra Voldemort, waqt li hu spiċċa biss b'marka ta' sajjetta fuq moħħu. Hermoine hija l-aqwa studenta tas-sena tagħhom, tħobb taqra u tistudja, ġejja minn familja ta' nies li mhumiex sħaħar. 

Bħas-soltu, Harry kellu sajf tad-dwejjaq u kellu seba' mitt sena biex imur l-iskola, jiltaqa' ma' sħabu. Meta beda jippakkja għall-iskola ġie avżat minn 'elf' li m'għandux imur l-iskola għax jinħoloq diżastru kbir kemm għalih u kif ukoll għal kulħadd. Wara ftit, hekk kif wasal Harry, beda jisma' lil xi ħadd jitkellem u minn hemm kollox mar għall-agħar. It-tieni sena ta' Harry f'Hogwarts kienet sena tal-biża' għal kulħadd, b'monstru li jattakka lit-tfal u jħallihom bi trawma. Harry u ħbiebu raw kif isolvu dan il-misteru biex jiskopru min, għalfejn u fejn kienet il-kamra tas-sigrieti. 

Din l-istorja hija ambjentata fl-iskola ta' Hogwarts f'bini enormi, antik, bi storja twila. Huwa post bi kmamar sigrieti, fatati, kmamar fejn jidher il-ħares, b'partijiet mudlama u swali kbar.

Dan il-ktieb ġie miktub minn J.K Rowling u ġie ppubblikat fl-1998. Ħareġ ukoll film dwar dan il-ktieb fl-2002. Joanne Rowling kitbet dan il-ktieb fuq il-ferrovija fi triqitha lejn ix-xogħol. Rowling kitbet kotba oħra ta' Harry Potter u d-dinja tiegħu. 

Francesca Anastasi (Form 2.3) 

1 comment:

  1. Qatt ma kont nemmen li xi ħaġa bħal din setgħet tiġrili sakemm iż-żwieġ tiegħi kważi spiċċa għalkollox.

    Żewġi f'daqqa waħda nbidel. Ir-raġel li darba kien iħobbni u jieħu ħsiebi sar kiesaħ, imbiegħed, u rrabjat għal ebda raġuni. Waqaf juri interess fiż-żwieġ tagħna, evitani kompletament, u eventwalment talabni għad-divorzju. Kont imkissra għax verament kont inħobb lil żewġi b'qalbi kollha.

    L-affarijiet marru għall-agħar meta mblokkani kullimkien — WhatsApp, Facebook, Instagram — bħallikieku qatt ma eżistejt. Kont nibki kull lejl nistaqsi x'għamilt ħażin.

    Darba waħda, ħabib tal-qalb żarni u introduċieni ma' raġel spiritwali jismu Dr Dawn. Onestament, għall-ewwel kont xettika, imma ddeċidejt li nispjegalu kollox għax ma kellix xejn x'nitilef.

    Dr Dawn għamilli qari spiritwali, u kont ixxukkjata. Huwa żvela sigrieti dwar iż-żwieġ u l-ħajja personali tiegħi li ħadd ma kien jaf. Kulma qal kien 100% preċiż. Imbagħad żvela li mara oħra kienet għamlet saħta fuq żewġi. Din il-mara kienet iżżuru spiss, u jien b'bluha kont nemmen li kien biss dwar ix-xogħol. Dr Dawn għenitni nkisser is-seħer u wettqet ritwal qawwi ta’ restawr tal-imħabba għaż-żwieġ tiegħi.

    Għas-sorpriża kbira tiegħi, ftit żmien wara, żewġi fetaħli l-blokk hu stess u beda jċempel u jibgħatli għadd kbir ta’ messaġġi, jittallabni naħfirlu u nerġa’ lura d-dar. Għall-ewwel injorah minħabba l-uġigħ li kkawżali, imma eventwalment ġie d-dar b’rigali u dmugħ f’għajnejh u jitlobni ċans ieħor.

    Illum, iż-żwieġ tagħna huwa aktar b’saħħtu, aktar ferħan, u aktar paċifiku minn qatt qabel. L-imħabba bejnietna tħossha kompletament imġedda.

    Bħallikieku dan ma kienx biżżejjed, Dr Dawn aktar tard għenitni b’ritwal tat-tqala għax konna ilna snin nitħabtu biex ikollna t-tfal. Fi żmien 8 ġimgħat, ħsibt b’mod naturali, u llum aħna mberkin b’żewġ subien sbieħ u b’saħħithom.

    Se nibqa’ grata għal dejjem.

    Jekk għandek bżonn: Seħer tal-imħabba biex terġa’ tingħaqad mal-eks tiegħek
    . Għajnuna fir-restawr taż-żwieġ
    . Ritwali tat-tqala biex tikkonċepixxi
    . Għajnuna spiritwali għal każijiet fil-qorti jew irkupru ta’ wirt
    . Gwida u protezzjoni spiritwali

    Nirrakkomanda ħafna lil Dr Dawn. It-testimonjanza tiegħi hija reali, u l-ferħ tiegħi llum huwa prova. Il-WhatsApp tiegħu: +2349046229159

    dawnacuna314@gmail.com

    ReplyDelete